Iżrael u l-Istati Uniti joħolqu sistema ta’ protezzjoni kontra missili

Israel's U.S.-backed Arrow-3 ballistic missile shield is seen during a series of live interception tests over Alaska, U.S., in this handout picture obtained by Reuters on July 28, 2019. Courtesy Israel Ministry of Defense via REUTERS

Iżrael u l-Istati Uniti rnexxielhom jagħmlu provi ta’ suċċess b’sistema jisima Arrow-3, sistema kontra missili ballistiċi. L-Iżrael tara din is-sistema bħala d-difiża tagħha kontra l-Iran, hekk kif l-Iran insistiet li tibqa’ tagħmel provi bil-missili tagħha.

Din is-sistema għandha tkun kapaċi teqred il-missili fl-ispazju, post fejn għandu jeqred kull tip ta’ missili mhux konvenzjonali b’mod sigur. Dawn it-testijiet seħħu fl-Alaska, u l-PM tal-Iżrael Benjamin Netanyahu sostna li s-sistema kellha mira perfetta fit-testijiet li seħħew.

Dan wara li l-Iran ilha f’argumenti kbar mal-Istati Uniti dwar l-armi nukleari. L-Iran kienet qalet li se tkompli bil-provi tal-missili biex tibni d-difiża tagħha filwaqt li ċaħdet li qed tikser ir-riżulozzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Aqra: L-Iran tgħid li se jkompli bil-provi tal-missili

Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Amerikan Mike Pompeo kien ikkundanna dak li sejjaħlu l-ittestjar ta’ missili ballisitiċi ta’ medda medja li fil-fehma tiegħu qed imorru kontra l-ftehim internazzjonali li sar fl-2015 dwar il-programm nukleari Iranjan.