L-Iżrael u l-Ħiżbollaħ ma jridux gwerra oħra

L-Iżrael żvela li l-grupp militanti Libaniż, Ħiżbollaħ, wassal messaġġ li ma jridx iktar ġlied wara skontru dirett li seħħ fl-aħħar 24 siegħa fl-inħawi tal-Golan, u li b’riżultat tagħhom inqatlu 3 persuni.
Il-Ministru tad-Difiża fl-Iżrael qal li l-pajjiż madankollu se jibqa’ fuq l-allert imma għadda l-messaġġ tal-Ħiżbollaħ lin-Nazzjonijiet Magħquda.
Iż-żewġ fazzjonijiet jibqgħu b’relazzjoni mhux faċli wara l-gwerra tal-2006.