L-Iżrael u l-Hamas bla ġlied għal ħames t’ijiem

Ftehim ġdid ta’ ħames t’ijiem ta’ waqfien mill-ġdid mistenni jidħol fis-seħħ bejn l-Iżrael u l-Hamas.
Delegati tal-Hamas li kienu f’taħdidiet indiretti għall-paċi qalu li x’aktarx kien hemm ftehim ġdid.
Delegazzjoni Eġizzjana li ħadet ħsieb in-negozjati ukoll ikkonfermat li ntlaħaq ftehim.
Dan wara li lbieraħ filgħaxija, l-Iżrael qal li kienet sparata missila minn Gaza fin-nofsinhar tal-pajjiż.
Il-Hamas ċaħdu dan l-attakk li allegatament seħħ sagħtejn qabel ma kien se jiskadi l-ftehim ta’ tlettijiem ta’ waqfien mill-ġlied.