L-Iżrael u Gaża jerġgħu koppi

L-Iżrael reġa' kompla bl-attakki fuq l-iStrixxa ta’ Gaza wara sitt sigħat ta’ attakki mill-Ħamas biss fejn ġew sparati fuq it-territorju Iżraeljan mas-47 rokit.
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li l-Ħamas għażel li jkompli bil-ġlied u ta’ dan se jpattiha qares.
Sostna li jekk il-Palestina mhux se tieqaf tattakki, l-Iżrael ma jibqalu xejn għajr li jattakka lura.
Netanyahu tefa’ fuq il-Ħamas u l-Jihad Iżlamika r-responsabiltà li rrifjutaw il-proposta Eġizzjana li jieqfu l-attakki u jibdew in-negozjati ta’ paċi.
Ir-radju ta’ Ġerusalemm ħabbar li lbieraħ kien hemm l-ewwel vittma Iżraeljana. Min-naħa l-oħra, telgħu għal 200,il-persuni mejta f’Gaża waqt l-attakki ta’ Iżrael.