L-Iżrael lest għall-gwerra – Sireni f’Tel Aviv

Il-ġlied fl-Istrixxa ta’ Gaża daħal fir-raba’ jum, bl-Iżrael qed ikompli bl-istrateġija tiegħu. 
Xejn ma swew l-appelli ta’ medjazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-Istati Uniti bit-tama li tonqos il-vjolenza.
L-Iżrael irid li jeqred kull bini u żoni tal-Ħamas iżda waqt l-attakki qed jitilfu ħajjithom ħafna nies ċivili.
Mill-bidu tal-ġlied inqatlu madwar 90 Palestinjan. 
Dalgħodu f’Tel Aviv instemgħu jdoqqu s-sireni, bħala twissija lill-popolazzjoni Iżraeljana li jistgħu ikun hemm aktar attakki bir-rokits.  Ftit tal-ħin wara nstemgħu żewġ splużjonijiet qawwija. 
Il-Ministru Iżraeljan għad-Difiża qal li l-ġlieda hi diffiċli u l-Iżrael qed jipprerara ruħu għall-possibiltà ta’ attakki mill-art.