Iżrael iwiegħed 7 sigħat bla ġlied…iżda mal-lejl jinqatlu 10 Palestinjani oħra

L-Iżrael ħabbar li biex tkun tista’ tingħata l-għajnuna umanitarja f’Gaża, se jwaqqaf l-attakki għal seba’ sigħat.  Jidher li l-ġlied se jieqaf bejn l-10 u t-3 ta’ waranofsinhar ħin lokali. 
Madankollu, l-ġlied fil-lvant ta’ Rafah ma waqafx u matul il-lejl inqatlu 10 palestinjani oħra. 
Rokit spiċċa biex sploda quddiem id-daħla prinċipali ta’ skola għar-refuħjati tan-Nazzjonijiet Magħquda.
L-Iżrael qal li qrib l-iskola kien hemm bejta ta’ terroristi.
L-għadd tal-vittmi Palestinjani fl-aħħar erba’ ġimgħat tela’ għal 1,822.