L-Iżrael iwieġeb lill-Ħamas b’aktar attakki bil-missilli

L-Iżrael wettaq aktar attakki mill-ajru fuq l-iStrixxa ta’ Gaża b’risposta għall-missili sparati mill-grupp Palestinjan Iżlamiku l-Ħamas. 
15-il Palestinjan, inkluż żewġ nisa u tifel, hu rrappurtat li weġġgħu waqt dan l-attakk.
L-Iżrael qed jiċħad l-akkużi tal-Ħamas li qatel ħames membri tal-grupp Palestinjan.
It-tensjoni f’Gaża reġgħet bdiet tiela’ wara l-qtil ta’ erba’ żgħażagħ; tliet Iżraeljani u Palestinjan.