L-Iżlanda tnaqqas it-twissija għat-titjiriet minħabba l-vulkan

L-uffiċċju meterjoloġiku tal-Iżlanda naqqas it-twissija lil-linji tal-ajru li jtiru qrib il-vulkan ta’ Bardarbunga. Dan wara li l-vulkan żbroffa matul il-lejl li għadda u ma ħariġx irmied.
It-twissija tnaqqset mill-ogħla livell għat-tieni l-inqas għoli. Għaldaqstant, l-awtoritajiet tal-avjazzjoni jistgħu jiddeċiedu huma jridux itiru fl-ispazju tal-ajru tal-vulkan.
Ix-xjentisti qalu li l-iżbroff tal-vulkan kien ikejjel madwar kilometru u seħħ wara jiem sħaħ ta’ theżżiżiet.