“L-iżjed persuna importanti f’ħajti” – Clayton dwar Charis

Clayton Iċ-Ċomba Zammit u Charis Busuttil

L-attur Clayton “Iċ-Ċomba” Zammit li narawh fil-karattru ta’ Frankie fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa, li s-sitt u l-aħħar staġun tagħha qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, sab l-imħabba ta’ ħajtu u flok b’ċurkett hu u Charis Busuttil iddeċiedew li jiddikjaraw imħabbithom lil xulxin permezz ta’ tpinġija.

“Jien u Charis iltqajna disa’ xhur ilu, eżattament fit-13 ta’ Ottubru tal-2019, waqt li konna f’pantomima jisimha “Peter Pan tal-Ġenn Man”. Wara li komplejna b’ħajjitna ddeċidejna li nitgħarsu u għalhekk għażilna li flok nagħtu ċurkett, nagħmlu d-dikjarazzjoni tagħna b’mod differenti,” spjega l-attur.

Żied jgħidilna li Charis tħobb ħafna t-tpinġija. Hu qatt ma kellu minkejja li dejjem xtaq. Izda minħabba li missieru, li llum hu mejjet, qatt ma riedu jagħmel waħda, dejjem żamm lura.

L-attur jistqarr li Charis bidlitlu ħajtu.

“Kien għalhekk li għażilna t-tpinġija flimkien u għamilniha flimkien,” kompla jgħidilna.

Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook Clayton iddeskriva lil Charis bħala l-imħabba ta’ ħajtu, kif ukoll l-iżjed persuna importanti f’ħajtu.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Clayton u lil Charis għal aktar snin ta’ mħabba flimkien.