L-iżgħar tim ta’ Liverpool jirbaħ kontra Shrewsbury

L-iżgħar tim li qatt lagħab f’isem Liverpool rebaħ kontra t-tim ta’ League One Shrewsbury Town ġewwa Anfield. B’hekk Liverpool għaddew għall-ħames rawnd kontra Chelsea.

Filwaqt li t-tim tal-kbar qed igawdi minn btala f’nofs il-Premier League, il-maniġer tat-tim ta’ taħt it-23 sena Neil Critchley mexxa lit-tim li kien jinkludi seba’ plejers ta’ 19-il sena jew iżgħar.

Huma rebħu l-logħba grazzi għal own goal ta’ Ro-Shaun Williams. Id-difensur ta’ Shrewsbury ta’ daqqa ta’ ras lejn il-lasta u għeleb lill-gowler tiegħu stess minn cross ta’ Neco Williems.

Meta kienu għadhom 0-0, Whalley ħaseb li poġġa lil Shresbury fuq quddiem, iżda l-VAR ċaħditlu l-gowl wara li rriżulta li ftit mumenti qabel kien hemm offside.

Il-logħba ntlagħbet wara li barra minn darhom Liverpool ma rnexxilhomx iżommu l-vantaġġ li kisbu b’żewġ gowls. Il-logħba bdiet 15-il minuta tard minħabba li l-partitarji taż-żewġ klabbs waslu tard għax kien hemm inċident fuq l-M62.