L-iżgħar PM tal-Belġju fl-aħħar seklu u nofs

Ir-Re Filippu tal-Belġju ħatar lill-iżgħar Prim Ministru tal-pajjiż sa mill-1841.
Il-Prim Ministru Belġjan Charles Michel, huwa liberali u għandu 38 sena. Ħa l-ħatra tiegħu erba’ xhur wara l-elezzjoni ġenerali.
Dan il-Gvern se jkun l-ewwel wieħed li se jkun qed jinkludi fih Ministri mill-Alleanza tal-Flemini, u l-wegħda ewlenija tiegħu hija dik li jaqta’ l-ispiża pubblika.
Il-Belġju hija magħrufa għad-dewmien politiku wara ħafna mill-elezzjonijiet ġenerali.
Il-Gvern il-ġdid ġie ffurmat 541 ġurnata wara li l-pajjiż kien qed jitmexxa minn Gvern Soċjalista.