L-iżgħar persuna bil-coronavirus fl-ITU għandha 46 sena

Mater-Dei-ITU-coronavirus-1
Monique Agius

L-iżgħar pazjent mill-10 li hemm bil-coronavirus fis-Sala tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei għandu 46 sena, filwaqt li l-ikbar wieħed għandu 76 sena.

Dan it-tagħrif qalitu kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa lil Newsbook.com.mt.

Mistoqsija minn din il-kamra tal-aħbarijiet, hija qalet li bħalissa hemm 10 pazjenti bil-coronavirus li qed jirċievu l-kura f’din is-sala. Hija ċaħdet l-għajdut li hemm xi nisa tqal fl-ITU bil-coronavirus.

Sa tlett ijiem ilu, kien hemm disa’ persuni fl-ITU bil-coronavirus, u tnejn minnhom kellhom taħt il-45 sena.

Id-dettalji li tat Dr Melillo ftit jiem ilu
9 fl-ITU minħabba l-Covid-19; Tnejn taħt il-45 sena

Intant, illum tħabbru 134 każ ġdid bil-coronavirus, żieda mill-109 każijiet tal-bieraħ.

Il-każijiet il-ġodda
134 każ ġdid tal-coronavirus

Tħabbret ukoll is-46 mewta bil-coronavirus f’Malta, dik ta’ mara ta’ 72 sena li kienet qed tirċievi l-kura fl-Isptar Mater Dei.