L-iżbilanċ fil-kummerċ ta’ Malta fl-2015 fl-istess livell tal-2014

L-iżbilanċ ta’ Malta bejn l-importazzjoni u l-esportazzjoni, bejn Jannar u Novembru tas-sena li għaddiet kien l-istess bħal dak tal-istess xhur fl-2014 (-€2.7 biljun).
Imma waqt li l-kummerċ bejn Malta u pajjiżi barra l-UE kien ftit aħjar fl-2015 milli fl-2014, b’żieda ta’ €200 miljun, dak bejn Malta u pajjiżi oħra fl-UE naqas bi €300 miljun.
Skont il-Eurostat, huma biss 11-il pajjiż, mit-28 tal-UE, li għandhom bilanċ pożittiv bejn dak li jimpurtaw u dak li jesportaw. Fuq quddiemnett hemm il-Ġermanja, b’bilanċ pożittiv fl-ewwel 11-il xahar tal-2015 ta’ iktar minn €230 biljun.
Ir-Renju Unit, min-naħa l-oħra, kellu l-ikbar żbilanċ, ta’ iktar minn €140 biljun.