L-iżbilanċ fil-kummerċ jonqos b’€62 miljun f’Novembru

Figuri preliminari tal-NSO juru li f’Novembru li għadda kien hemm żbilanċ fil-kummerċ ta’ €178 miljun meta mqabbel mal-€240 miljun fl-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
Dan iffiser tnaqqis ta’ €62 miljun.
F’Novembru, kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni rreġistraw tnaqqis ta’ €122 miljun u €59 miljun rispettivament.
Bejn Jannar u Novembru tal-2015, l-iżbilanċ fil-kummerċ naqas b’134 miljun għal 2,292 miljun bi tnaqqis kemm fl-importazzjoni kif ukoll fl-esportazzjoni.
Malta importat l-aktar mill-Unjoni Ewropea bi 58% filwaqt li kien hemm żieda fl-esportazzjoni lejn Franza u tnaqqis lejn it-Tuneżija.