L-ixjeħ persuna tara lil binha jmut

Violet Mosse-Brown, li għandha 117-il sena għadha kemm tilft lil Harold Fairweather ta’ 97 sena waru li kellu marda.
It-tifel miet wara li filgħodu qam u beda jħossu mhux f’sikktu u baqa’ sejjer lura matul l-għodwa.
Waħda mill-persuni li tieħu ħsieb il-familja qalet li kienu konxji li ma jiflaħx imma qatt ma ħasbu li se jmut f’daqqa.
Mosse-Brown, mill-Ġamajka ħadet it-titlu tal-ixjeħ persuna wara li nhar is-Sibt li għadda mietet Emma Morano.
Hija twieldet fl-10 ta’ Marzu, 1900 u għadha tgħix fid-dar fejn twieldet.
F’dik id-dar għexet familtha għal dawn l-aħħar 200 sena.
Mosse-Borwn hija l-aħħar persuna li għexet taħt il-kolonja tar-Reġina Victoria, hekk kif il-Ġamajka kienet taħt il-kolonja tar-Renju Unit.
Sentejn ilu ir-Reġina Eliżabetta II bagħtitilha ittra ta’ awgurju.