L-ixjeħ mara fid-dinja tagħlaq 117-il sena

FILE PHOTO: 116-year-old Japanese woman Kane Tanaka holds a Guinness World Records certificate naming her as the world's oldest person living during a ceremony in Fukuoka, Japan March 9, 2019. Mandatory credit Kyodo/via REUTERS

Read in English.

Kane Tanaka kisret ir-rekord tagħha stess tal-ixjeħ persuna fid-dinja meta għalqet 117-il sena fit-2 ta’ Jannar.

Għeluq sninha ċċelebratu mal-ħaddiema tad-dar tal-anzjani fejn toqgħod hi f’Fukuoka fil-Ġappun u mal-ħbieb tagħha.

Hija kienet diġà tniżżlet bħala l-ixjeħ persuna fid-dinja fid-9 ta’ Marzu, fl-età ta’ 116-il sena u 66 ġurnata.

L-età rekord ta’ Tanaka hija simbolika tal-popolazzjoni tal-Ġappun, li dejjem qed tgħix iżjed. Ir-rata tat-twelid fil-pajjiż kulma jmur qed tonqos, u dan qed iqajjem tħassib fuq in-nuqqas ta’ xogħol u fuq il-prospetti għat-tkabbir ekonomiku fil-futur.

Tanaka twieldet fl-1903, u żżewġet fl-1922. Hija kellha erbat itfal u ma’ żewġha addottat wild ieħor.