L-itwal jum fil-politika fi 17-il punt

Miguela Xuereb

Read in English.

Newsbook.com.mt jirrapporta li sid il-kumpanija 17 Black, Yorgen Fenech, li qed jiġi interrogat mill-Pulizija, isemmi persuni b’kariga politika għolja, b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Yorgen Fenech isemmi persuni b’kariga politika għolja

Il-Pulizija tgħid li ġew interrogati aktar persuni fl-aħħar sigħat

Keith Schembri jirriżenja minn Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Prim Ministru dalgħodu jirringrazzja lil Keith Schembri

Il-familja tal-ġurnalista assassinata tisħaq mal-awtoritajiet biex jikxfu għaliex il-Prim Ministru pproteġa lil Keith Schembri

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jinsisti li Joseph Muscat għandu jitlaq

Filmat: Pulizija ħdejn il-villa ta’ Keith Schembri

“Se nwieġeb wara l-kabinett” – Konrad Mizzi

Dalma fuq Malta malli beda jinxteħet dawl fuq l-assassinju ta’ Daphne

Jirriżenja Konrad Mizzi, Chris Cardona jissospendi ruħu

Yorgen Fenech jerġa’ jingħata l-police bail

Fil-Parlament:  Membri tal-Gvern jimxu lejn il-bankijiet tal-Oppożizzjoni. Argument bejn Beppe Fenech Adami u Konrad Mizzi. “Kieku Daphne għadha ħajja” – Fenech Adami

Fil-Parlament: ġlied fuq ġewwa, il-folla tkanta l-Innu Malti fuq barra

L-Ispeaker Anġlu Farrugia jagħti ruling dwar it-talba tal-Oppożizzjoni. Ma jħossx li hemm urġenza għad-dibattitu dwar is-sitwazzjoni kurrenti fil-pajjiż.

Adrian Delia jitkellem fil-Parlament. Jgħid li din hija s-siegħa ta’ Malta u tal-Maltin.

Il-Prim Ministru joħroġ mill-Parlament, waqt li Adrian Delia jkun għadu qed jitkellem. Rabja, għajjat u tgħajjir mill-folla.

Rapporti jgħidu li Yorgen Fenech ċempel lil Keith Schembri qabel ma pprova jaħrab mill-pajjiż. It-telefonata ħadet fit-tul.