L-ittra tal-PM dwar il-power station intiża biex tikkundizzjona – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru juri kemm iqis l-istituzzjonijiet bħala għodda partiġġjana u li jista’ jgħaddi minn fuqhom bħalma qed jagħmel mal-poplu Malti u Għawdxi.
 
Fi stqarrija, il-PN għamel referenza għall-aħbar li l-Prim Ministru kiteb liċ-Chairman tal-MEPA u nfurmah li beħsiebu jibqa’ għaddej bil-proġett tal-power station  u l-ħażna tal-gass fuq tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk jekk jiġi approvat, anke jekk isir appell.
 
Żied jgħid li jqis l-ittra bħala waħda ntiża biss biex tkompli tikkundizzjona lill-membri tal-Bord tal-MEPA li qed jintalbu mill-Gvern jieħdu deċiżjoni dwar il-proġett tal-power station ġdida dalgħodu.