Filmat: “L-ittra hija dwar ommok”

X'ser jiġri fit-tlieta u għoxrin episodju li jmiss ta' L-Għarusa?

X'ser jiġri fit-tlieta u għoxrin episodju li jmiss ta' L-Għarusa?Sharp Shoot Media Ltd. Television Malta

Posted by L-Għarusa on Thursday, September 10, 2020

Is-sensiela L-Għarusa tkompli llejla fid-8.50pm fuq TVM bl-episodju ta’ qabel tal-aħħar fejn naraw lil Diego fl-aħħar jaqra l-ittra tas-saħħara li Septa għaddietlu. Huwa għalhekk imur jikkonfrontha.

Fenech Lauri jissorprendi lil Amelia meta jgħidilha li Diego għandu konnessjoni partikolari mal-familja tagħha. Hi tistqarr li ma taf b’xejn iżda ilha bil-kuxjenza imtaqqla u tixtieq tiftaħ qalbha mal-eks Supretendent.

Abela, li għadu maqful taħt il-palazz, spiss idur il-post. Anke jekk diffiċli tara fid-dlam, ma jistax ma jindunax bix-xena makabra li hemm tistennieh.

L-Għarusa għandu kitba ta’ Audrey Brincat bi produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media. L-aħħar puntata se tixxandar nhar it-Tlieta 22 ta’ Settembru fl-8.50pm fuq TVM.