L-ITS jirċievi apparat ġdid għat-tisjir

L-Istitut għall-iStudji Turistiċi (ITS) fl-aħħar jiem irċieva apparat magħruf bħala Bradley Smoker Machine mill-kumpanija WorldWide Company Limited. L-apparat ġie ppreżentat mill-kumpanija lill-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech li min-naħa tiegħu f’diskors qasir spjega li din ma kinitx l-ewwel okkażjoni li l-kumpanija WorldWide kienet ppreżentat tgħamir għat-tisjir lill-ITS.
Il-Kap Eżekuttiv sostna li għall-ITS għotijiet bħal dawn huma kruċjali sabiex l-istitut ikollu l-aħjar tagħmir possibli sabiex joffri l-istudenti l-aħjar ambjent ta’ tagħlim possibli. 
L-iSmoker Machine huwa tagħmir essenzjali fil-proċess tal-preservazzjoni tal-ikel u huwa meħtieġ fil-kors tal-Higher Diploma.