L-ITS b’suġġett ġdid dwar it-turiżmu mediku

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi għadu kemm nieda suġġett ġdid għall-prospectus 2015/2016.
Is-suġġett se jiffoka fuq it-turiżmu mediku. Il-kors se jkun qed jiffoka fuq taħriġ għal studenti biex ikunu aktar preparati għal dan is-settur ġdid fis-suq.
Id-Direttur Eżekuttiv tal-Istitut, Pierre Fenech, qal li dan il-kors ġdid se jkun qed isegwi l-linja strateġika tal-ITS, li jkun lest għall-isfidi li qed joffri s-suq u d-domanda turistika.