L-Italja u l-Ingilterra jibqgħu l-iktar destinazzjonijiet favoriti

L-għadd ta’ Maltin li siefru matul ix-xahar ta’ Ġunju li għadda ammonta għal 28,804.

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-maġġorparti tat-turisti Maltin żaru pajjiżi Ewropej, filwaqt li madwar 3,200 persuna marru f’pajjiżi ‘l barra mill-Ewropa.

Il-pajjiżi l-aktar popolari mal-Maltin baqgħu l-Italja u r-Renju Unit.

It-titjiriet lejn destinazzjonijiet Ewropej żdiedu bi 15%, filwaqt li dawk lejn swieq mhux Ewropej naqqsu bi 13%.

Kienet irreġistrata wkoll żieda fil-vjaġġi bil-baħar.