L-Italja u Franza jridu aktar għajnuniet għall-aktar setturi milquta

Budget2021_Shops
Miguela Xuereb

L-Italja u Franza jridu programm Ewropew ġdid ta’ stimolu li jappoġġja lis-setturi li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi tal-coronavirus. 

Dan qalu l-Ministru tal-Ekonomija Taljan Roberto Gualtieri waqt konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru tal-Finanzi Bruno Le Maire.

Gualtieri qal li kien hemm bżonn ta’ tisħiħ tal-politika ta’ stimolu fuq livell globali u li l-ewwel laqgħa tal-G20 taħt il-Presidenza Taljana fis-26 u s-27 ta’ Frar kienet se tiffoka fuq din il-kwistjoni.

Le Maire sostna li kien qed jittama fi ftehim dwar riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà waqt il-laqgħa li jmiss tal-Eurogroup, u ddefinixxa l-ftehim li jeħtieġ li jintlaħaq bħala “assigurazzjoni fuq il-ħajja”.