L-Italja u Franza jaqblu dwar sistema Ewropea għat-tqassim tal-immigranti

French President Emmanuel Macron is greeted by Italian Prime Minister Giuseppe Conte, in Rome, Italy September 18, 2019. REUTERS/Yara Nardi

Read in English.

Il-mexxejja ta’ Franza u l-Italja qablu li l-Unjoni Ewropea għandha tintroduċi sistemi awtomatiċi li permezz tagħhom, l-immigranti salvati mill-Mediterran jittieħdu mill-pajjiżi kollha.

Dan hekk kif kemm il-President Franċiż Emmanuel Macron u anki l-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ltaqgħu f’laqgħa bilaterali bl-iskop li jtejjbu r-relazzjonijiet bilaterali bejniethom.

L-Italja kemm-il darba semmgħat il-vuċi tagħha li tinsab waħedha taħdem biex tieħu ħsieb l-eluf ta’ immigranti li ta’ kull sena jaqsmu mill-Afrika lejn l-Ewropa bit-tama li jibdew ħajja ġdida.

Din il-kwistjoni qajmet tensjoni bejn Ruma u Pariġi hekk kif it-Taljani kienu qalu li l-għaqdiet mhux governattivi kellhom sehem kruċjali biex jiġu salvati għadd ta’ immigranti iżda akkużat lill-Granċiżi li m’għamlu xejn biex jgħinu lill-Italja biex jieħdu lill-immigranti f’pajjiżhom.

L-immigrazzjoni se tkun diskussa wkoll f’laqgħa bejn il-Ministri tal-Unjoni Ewropea li mistennija jiġu Malta nhar it-Tnejn li ġej.