L-Italja trid tibdil fil-politika Ewropea dwar l-immigrazzjoni

Waqt konferenza tal-Aħbarijiet mal-midja Taljana, il-Prim Ministru Taljan Enrico Letta saħaq li l-Unjoni Ewropea trid tbiddel il-politika tagħha dwar l-immigrazzjoni irregolari.

Letta qal li l-Ewropa jrid ikollha direzzjoni ċara fejn trid tasal speċjalment fid-dawl tal-wasliet kbar ta’ immigranti irregolari fil-pajjizi Mediterranji, fosthom l-Italja, il-Greċja u Malta.

Enrico Letta qal ukoll li matul il-presidenza tal-Unjoni Ewropea tal-Italja u l-Greċja, matul is-sena 2014, iż-żewġ pajjiżi se jaħdmu biex ibiddlu l-politika tal-Unjoni Ewropea f’dan is-settur sensittiv.