L-Italja tivvota llum; f’moħħha l-ekonomija u l-immigrazzjoni

Illum it-Taljana jivvutaw f’elezzjoni li kienet immarkata l-aktar minn firda fl-opinjonijiet dwar l-ekonomija u l-immigrazzjoni.
Jidher li l-kuntest huwa wieħed mhux ċar u lanqas prevedibbli, u alllura m’hemm xejn li jipponta lejn xi rebbieħ, jew xi partit li għandu s-soppravvent fuq l-ieħor.
Madankollu, xi korrispondenti tal-midja internazzjonali qed ibassru li l-Moviment 5 Stilel, partit meqjus wieħed kontra l-istabbilment u l-ordni tal-ġurnata, il-koalizzjoni tal-lemin immexxija mill-eks-Prim Ministru Silvio Berslusconi, u l-Partit Demokratiku, li jinsab attwalment fil-gvern, mistennija jmorru l-aħjar.
Fl-Italja s-sondaġġi ma setgħux isiru fl-aħħar ġimagħtejn tal-elezzjoni, iżda sa dakinhar dawk li saru ppuntaw lejn il-koalizzjoni ta’ Berlusconi li tkun fuq quddiem, iżda ma tiksibx il-maġġoranza.
Sondaġġi oħra raw lill-Moviment 5 Stilel ikun l-aktar partit li jġib voti.
Fil-verità, Berlusconi ma jistax jokkupa xi uffiċċju pubbliku sas-sena d-dieħla, jekk dejjem joħroġ rebbieħ f’din l-elezzjoni, minħabba li kien instab ħati ta’ evażjoni tat-taxxa.
Il-politiku ta’ 81 sena, li kien 4 darbiet Prim Ministru, u għal din l-elezzjoni ntefa’ ma’ partit kontra l-immigrazzjoni, ippropona lill-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, bħala l-Prim Ministru tal-Italja.
Il-kmamar tal-vot fetħu fis-7am u għandhom sal-11pm, u r-riżultat mistenni jitħabbar kmieni t-Tnejn filgħodu.