​L-Italja tissekwestra vapur li salva għadd ta’ immigranti

Vapur ta’ għaqda non-governattiva ġie sekwestrat mill-awtoritajiet Taljani fuq suspett li ntuża' għall-immigrazzjoni illegali wara li l-vapur salva numru ta’ immigranti.
L-għaqda Spanjola Proactiva Open Arms ġabret 218 immigrant minn dingis li kienu ‘il barra mill-kosta Libjana. Skont il-Gwardja tal-Kosta Taljana, il-grupp niżżel l-immigranti Sqallija minflok ma ħalla lill-Gwardja tal-Kosta Libjana biex teħodhom lura lejn l-Afrika ta’ Fuq. Skont l-awtoritajiet Taljani, l-NGO injorat l-ordnijiet mill-awtoritajiet Libjani,
Il-Qorti ta’ Sqallija ddeċidiet li tissekwestra d-dgħajsa fuq suspett li l-ekwipaġġ kien kiser ftehimiet internazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-immigranti.
In-Nazzjonijiet Magħquda (UN) qalet li l-immigranti jiffaċċjaw kundizzjonijiet ħżiena ħafna fil-Libja.
L-avukat tal-NGO qal li ma kienx jaf li kien hemm xi ftehim internazzjonali mal-Libja.
Skont rapporti fil-midja lokali, l-awtoritajiet Maltin salvaw mara flimkien mat-tarbija tagħha mill-vapur.
Ritratt u rapport: Reuters