L-Italja tirreġistra żieda fil-każijiet ġodda

Wara erbgħat ijiem li fihom l-Italja kienet qed tirreġistra tnaqqis fil-każijiet, reġa’ kien hemm żieda. Dan hekk kif skont l-aħħar bulletin tal-awtoritajiet Taljani kien hemm żieda ta’ kważi 4,500 każ ġdid mill-Erbgħa għall-Ħamis.

L-Istati Uniti għandha aktar minn 85,000 persuna infettata u dawn mistennija jkomplu jiżdiedu.

Dan hekk kif iċ-Ċina għandha kważi 82,000 każ u l-Italja aktar minn 80,000 każ. S’issa fl-Istati Uniti kien hemm kważi 1,300 mewt mill-coronavirus filwaqt li fiċ-Ċina kien hemm ftit aktar minn 3,000 każ u fl-Italja qabżu sew t-8,000 mewt.

Fl-Ewropa, apparti l-flaġell fl-Italja hemm kriżi kbira fi Spanja fejn qed tkun reġistrata żieda drammatika fil-każijiet u bl-awtoritajiet iwissu li l-pajjiż kien jinsab fi gwerra kontra dan il-virus tant li talbet l-għajnuna tan-NATO. 

Skont l-aħħar ċifri uffiċċjali li ħargu l-Ħamis filgħaxija, fi Spanja issa mietu aktar minn 4,000 persuna u l-Gvern ħarrax il-miżuri tal-lockdown biex jipprova isib tarf is-sitwazzjoni.