L-Italja tirreġistra l-ogħla rata ta’ każijiet s’issa

masks Italy

L-Italja rreġistrat 21,994 każ ġdid ta’ coronavirus matul dawn l-aħħar 24 siegħa, skond stqarrija maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa nhar it-Tlieta, l-ogħla ċifra reġistrata f’ġurnata waħda minn meta faqqgħet il-pandemija u ikbar mir-rekord ta’ 21,273 każ reġistrati l-Ħadd li għadda.

Il-Ministeru rraporta wkoll li kien hemm 221 mewta kawża ta’ COVID nhar it-Tlieta, imqabbla mal-141 li kien hemm il-ġurnata ta’ qabel – L-ewwel darba minn nofs Mejju ‘l hawn, li l-Italja rreġistrat iżjed minn 200 fatalità f’jum wieħed.

B’kollox fl-Italja, s’issa mietu 37,700 persuna minħabba l-coronavirus, filwaqt li sa llum kienu reġistrati 564,778 każ.

Ir-reġjun tal-Lombardija, madwar il-belt kapitali finanzjarja ta’ Milan, baqa’ l-aktar reġjun milqut, fejn nhar it-Tlieta kienu reġistrati 5,035 każ ġdid. Ir-reġjun ta’ Campania kien it-tieni l-aktar reġjun milqut fejn kienu reġistrati 2,761 każ.