L-Italja tippremja lil Suor Ganbriella Bottani għall-ġlieda tagħha kontra t-traffikar uman

Sister Gabriella Bottani @ Va.Usembassy.Gov

Sister Gabriella Bottani, missjunarja Taljana ta’ 55 sena li tikkordina n-Network Internazzjonali tal-Ħajja Konsagrata kontra t-Traffikar Uman, ingħatat l-Ordni tal-Mertu tar-Republika Taljana mill-President Sergio Mattarella “għad-dedikazzjoni kompleta tagħha li għal ħafna snin ħadmet għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni”.

Din ir-reiġjuża kienet waħda fost grupp ta’ 32 ċittadin Taljan li “ddistingwew ruħhom b’atti ta’ eroiżmu, għall-ħidma kontinwa, kooperazjoni internazzjonali, protezzjoni ta’ minuri, għall-promozzjoni tal-kutura, attivitajiet ta’ koeżjoni soċjali, għall-integrazzjoni, riċerka jew protezzjoni tal-ambjent.”

Sorpriża

Sister Gabriella qalet li dan l-unur għaliha kien “sorpirża kbira”. “Ngħatajt l-aħbar f’mument meta kont qed nitlob fis-silenzju, li għalija hu l-għajn ta’ enerġija għall-ħidma li nagħmel. Il-fidi f’Alla dejjem sostnietni u tkompli ssostnini fil-ħidma tiegħi”, qalet is-soru.

Is-soru qed tittama li taqsam dan l-unur ma’ persuni oħra li jaħdmu kontra t-traffikar uman. “Nixtieq niddedika dan l-għarfien lil diversi persuni, reliġjużi u lajċi, kattoliċi u dawk ta’ fidi oħra li kuljum jiddedikaw ħajjithom biex nibnu dinja aħjar.

“Dan l-unur jagħti kreditu lill-isforzi kollha tagħna biex negħlbu d-diviżjoni, neqirdu l-ghettos u niftħu l-għajnejn. Dan hu invit biex ngħaqqdu l-isofrzi tagħna u nikkonċentraw fuq id-dinjità tal-ersuna umana u tal-ħajja”, kompliet tgħid Sr. Gabriella.

Solidarjetà

Is-soru qalet li meta bdiet taħdem “b’mod sistematiku kontra t-traffikar tal-persuni fl-2007 fi-Brazil, irrealiżżajt li hemm żewġ affarijiet li kellna naħdmu fuqhom.  L-ewwel ridna nagħmlu azzjonijiet konkreti fit-territorju għall-prevenzjoni, nilqgħu u ngħinu lil dawk l-individwi, familji u komunitajiet li sofrew minn din it-tip ta’ vjolenza. It-tieni ridna noħolqu xibka ta’ solidarjetà u fiduċja biex negħlbu lil dawk, fosthom it-traffikanti, li jkissru r-rabta tal-persuni”, kompliet tispjega Suor Bottani.

“Għalija, Talitha Kum (qaddisa protettriċi tal-persuni traffikati) u l-organiżazzjoni li llum iġġib isimha, jirrappreżentaw dan kollu. L-organiżazzjoni hi proġett li beda fil-ħajja reliġjuża u mir-reliġjużi b’kollaborazzjoni mal-lajċi madwar id-dinja. Dan lili offrieli oqsma ġodda fejn nimrah” sostniet is-soru.

Sr. Gabriella Bottani rebħet ukoll il-Premju Eroj tal-Ġlieda kontra t-Traffikar Uman, f’Ġunju li għadda f’Washington.