L-Italja tinħakem minn mewġa oħra ta’ immigranti

Tkompli l-mewġa ta' immigrazzjoni irregolari fil-portijiet tan-naħa t-isfel tal-Italja, hekk kif fl-aħħar sigħat, mal-1,500 immigrant iddaħlu fil-portijiet ta' Bari u Kalabrija.
F'Bari, 640 immigrant iddaħħlu abbord bastiment Ingliż, HMS Echo li fuqu kien hemm ukoll moħbija tliet traffikanti li ġew arrestati mill-Pulizija Taljana.
Fost l-immigranti li qalu li kienu ġejjin mill-Ghana, in-Niġerja u s-Sudan kien hemm bosta nisa tqal u għadd ta' trabi.
Intant fil-port ta' Kalabrija, bastiment militari Ġermaniż daħħal 923 immigrant, fosthom 121 mara li 14 minnhom jirriżulta li huma tqal.
Fost l-immigranti kien hemm ukoll 203 itfal.