L-Italja tikkunsidra testijiet għal min jivvjaġġa minn Malta

REUTERS/Guglielmo Mangiapane

Read in English.

L-Italja qed tikkonsidra li tintroduċi testijiet għal min ikun qed jivvjaġġa lejn il-pajjiż minn Malta u l-Kroazja fid-dawl taż-żieda ta’ każijiet ta’ Covid-19 li qed jesperjenzaw dawn il-pajjiżi. 

Il-ġurnal Corriere Della Sera qal li ġie deċiż li jibdew testijiet għal dawk li jkunu qed jaslu l-Italja minn Spanja u l-Greċja. 

Id-deċiżjoni ittieħdet mill-kumitat xjentifiku u tekniku tal-Gvern Taljan wara t-talba li kien hemm minn esperti mediċi tal-Gvern għal attenzjoni massima fid-dawl tar-rata li biha qed jgħolli rasu l-coronavirus madwar l-Ewropa. 

Il-Ministru tas-saħħa Taljan Roberto Speranza qal li filwaqt li t-testijiet se jsiru fl-ajruporti, hu mifhum li se jsiru wkoll fil-portijiet u l-istazzjonijiet tal-ferrovija. 

L-Italja, li għaddiet minn flaġell fl-ewwel fażi tal-pandemija, qed tikkunsidra wkoll li żżid pajjiżi fejn il-viżitaturi jitpoġġew taħt kwarantina. 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minnhawn