L-Italja tiftaħ il-portijiet wara r-rifjut ta’ Malta

REUTERS/Albert Gea

Fl-aħħar ħinijiet, il-bastiment Open Arms daħal fil-port ta’ Pozzallo bi 363 immigrant abbord wara li Malta rrifjutat l-aċċess għall-portijiet tagħha.

Skont tweet mil-bastiment tas-salvataġġ tal-Għaqda Non-Governattiva li ġġib l-istess isem Open Arms wara li ġew irrifjutati b’mod ripetut minn Malta, il-Gvern Taljan fetaħ il-port ta’ Pozzallo.

“Minkejja d-diffikultà, l-isforzi tagħna jibqgħu vallapena,” temmet tgħid l-Open Arms.