L-Italja tieħu l-400 immigrant abbord Ocean Viking

SOS Mediterranee / Twitter

L-għaqda SOS Mediterranee ħabbret li l-403 immigranti li salvat xi jiem ilu se toħodhom l-Italja.

Fuq Twitter l-għaqda qalet li tniżżlu f’Taranto.

Abbord il-bastiment kien hemm 216-il raġel, 38 mara u 149 tifel u tifla. Ħafna minnhom kellhom ġrieħi ta’ ħruq ma’ ġisimhom, tant li mara minnhom ġiet trasportata lejn Malta flimkien mat-tliet uliedha biex tingħata l-kura.

Dawn l-immigranti ġew salvati fi tliet ħidmiet separati.