L-Italja tibki l-vittmi tal-pont li sfronda f’Ġenova

REUTERS/Stefano Rellandini

L-Italja bħalissa qiegħda tibki l-vittmi tal-pont li sfronda ħdejn il-belt ta’ Ġenova b’funeral statali, hekk kif ħaddiema tal-protezzjoni ċivili jkomplu l-ħidma biex isibu l-aħħar ftit nies li għadhom ma nstabux.

It-Tlieta li għadda ċeda l-pont Morandi, u mietu daqs 38 persuna. Il-quddies għal 19 mill-vittmi ġiet mmexxija mill-Arċisqof tal-istat, il-Kardinal Angelo Bagnasco. Però, numru ta’ familji ddeċidew li jkollom funerali privati, sabiex jipprotestaw kontra l-istat għal dak li jikkunsidraw negliġenza f’xogħolhom biex jaraw li l-pont huwa sikur.

Il-gvern iddikjara li llum se jkun osservat jum ta’ luttu nazzjonali, u kif ukoll iddikjara stat t’emerġenza f’Ġenova, wieħed mill-akbar portijiet fl-Italja.