L-Italja thedded lill-operatur tal-pont li sfronda

Italja thedded operatur tal-pont ambulanza nies
Reuters

Is-suq tal-ishma tal-operatur tal-pont li sfronda u ħasad il-ħajja ta’ minn tal-inqas 38 persuna ħa daqqa ta’ ħarta hekk kif il-Gvern qal li se jkun qed jimmultah jew ineħħilu l-konċessjoni.

Sezzjoni ta’ madwar 80 metru, li tagħmel parti minn awtostrada li tgħaqqad lil Ġenova man-nofsinhar ta’ Franza waqgħet it-Tlieta fil-11:30am, inċident li wassal sabiex il-karozzi għaddejjin minn fuqha jispiċċaw jaqgħu minn għoli.

Il-pont kien inbena fl-1960. Kien sar xogħol ta’ ristrutturar fl-2016.

Bosta krejns għadhom qed jaħdmu sabiex ineħħu l-ġebel kbar bil-għan li jinstabu l-persuni kollha involuti fl-inċident. Il-Kap Prosekutur ta’ Ġenova, Fancesco Cozzi qal li bejn 10 u 20 persuna għadhom neqsin.