Read in English.
Tkompli tikber il-pressjoni fuq Malta mill-Gvern Taljan biex tilqa’ l-239 immigrant li nġabru mill-vapur Lifeline li qiegħed fl-ibħra territorjali Maltin.
Wara li Matteo Salvini, id-deputat Prim Ministru Taljan fi tweet talab lill-Malta biex tiftaħ il-portijiet tagħha biex tilqa’ l-immigrant, issa kien imiss esponent ieħor tal-Gvern Taljan Danilo Toninelli li jagħmel attakk bla preċedent fuq il-Gvern Malti.
Il-Ministru tat-Trasport Taljan akkuża lil Malta li qed tirrifjuta tilqa’ lill-immigranti, aġġir li kien deskritt bħala diżuman. Huwa qal li l-Ewropa tirrifletti ruħha f’Malta diżumana li rrifjutat li joffri għajnuna lil Lifeline. Kompla jgħid li l-vapur jinsab f’diffikultà wieqaf fl-ibħra territorjali Maltin minħabba l-irrisponsabilità ta’ Malta. Spjega li la ħadd mhu qed jikkoorodina l-ħidmiet ta’ salvataġġ, allura t-tort ta’ Malta huwa iktar gravi.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia wieġeb billi qal li Malta mhix involuta għax is-salvataġġ mir-regjun għat-tfittix u salvataġġ Libjan sar bejn il-Libja u Lampedusa, waqt li l-ħidmiet ġew ikkoordinati mill-awtoritajiet Taljani. Huwa xeħet ir-responsabilità fuq il-vapur Lifeline li qal kiser ir-regoli internazzjonali billi ma mexiex mal-instruzzjonijiet li ħarġu minn Ruma u issa qed jitlajja’ fl-ibħra internazzjonali jirriskja sitwazzjoni delicata ħafna. Il-Ministru qal li dan qed iġorr bandiera Olandiżi iżda l-Gvern Olandiżi qed jgħid li din hija sempliċiment reġistru ta’ dgħajjes ta’ divertimenti
1/2 @danilotoninelli dovrebbe stare ai fatti.Soccorso e’ accaduto nell SRR Libiche, tra #Libia e #Lampedusa. L’operazione e’ coordinata dall’ #Italia. #Malta non era mai coinvolta.
— Michael Farrugia (@dr_micfarr) June 22, 2018
Intant, kelliema għall-Gvern Spanjol qalet li sar kuntatt ma’ Malta biex Spanja terġa’ tipprovdi appoġġ jekk tkun meħtieġa għajnuna umanitarja lid-dgħajsa fis-sigħat li ġejjin.