L-Italja tarresta 3 Libjani dwar terroriżmu

Il-Pulizija Taljana żammet tliet ċittadini Libjani li, il-Ħadd filgħaxija, ippruvaw jidħlu fil-pajjiż mit-Tuneżija b’vapur tal-linja li daħal fil-port ta’ Ġenova.
Huma ġew akkużati bir-reat ta’ riċiklaġġ aggravat b’għan ta’ terroriżmu internazzjonali.
It-tlett irġiel kienu qed jivvjaġġaw fi tliet karozzi separati imma identiċi, mingħajr bagalji, u fil-mowbajls tagħhom kellhom ritratti ta’ armi u materjal ieħor li qajjem suspett.