L-Italja taqbeż liċ-Ċina fl-għadd ta’ mwiet minħabba l-coronavirus

Italians continue second week in coronavirus lockdown
REUTERS/Ciro De Luca

Read in English.

L-għadd ta’ persuni li mietu fl-Italja kawża tal-coronavirus issa qabeż l-għadd ta’ persuni li mietu fiċ-Ċina.

Siti internazzjonali qed jirrappurtaw kif fl-aħħar 24 siegħa, fl-Italja mietu 427 persuna. B’hekk l-għadd ta’ mwiet tela’ għal 3,405. Minkejja dan, ġew reġistrati inqas imwiet mill-bieraħ, hekk kif ilbieraħ mietu 475 persuna fl-Italja biss.

Intant, fiċ-Ċina, it-total ta’ persuni li mietu minħabba dan il-virus huwa dak ta’ 3,245 minn meta tfaċċa l-virus fil-pajjiż f’Diċembru li għadda. Intant, l-ewwel każ fl-Italja tfaċċa fit-tramuntana tal-pajjiż, fil-21 ta’ Frar.

In-numru totali ta’ każi fl-Italja telgħu għal 41,035. Sal-bieraħ kien hemm 35,713-il każ. L-akbar rata ta’ żieda ta’ każi li ra l-pajjiż fl-aħħar tliet ijiem. Dan skont l-Aġenzija tal-Protezzjoni Ċivili fl-Italja.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn