Awtoritajiet Taljani jakkużaw NGO Ġermaniża li nnegozjat direttament ma’ traffikanti tal-immigranti

Awtoritajiet Taljani qed iżommu vapur ta’ Jugend Retter (Save the Children), NGO Germaniża, li ssalva l-immiganti fil-Mediterran, wara li qed ikun allegat li l-ekwipaġġ ħa immigranti direttament minn fuq id-dgħajjes tat-traffikanti.
Il-vapur ma tħallix joħroġ mill-port ta’ Lampedusa, il-gżira Taljana fejn fl-aħħar snin waslu mijiet ta’ immigranti.
Jidher li l-awtoritajiet fi Trapani kienu ilhom xhur jinvestigaw l-operazzjoni fuq dan il-vapur fejn saħansitra abbord kien hemm aġent Taljan undercover.
L-investigazzjoni fuq l-ekwipaġġ ta’ dan il-vapur bdiet wara dikjarazzjoni li kienu għamlu żewġ persuni li ġieli ħadmu abbord il-vapur.
Dawn qalu li kien hemm minn tal-inqas tliet każijiet fejn membri tal-ekwipaġġ kellhom kuntatt ma’ traffikanti tal-immigranti.
Tnejn minn dawn il-każijiet seħħew f’Settembru u tnejn oħra f’Ġunju.
Il-prosekutur spjega kif minn fuq il-vapur sar kuntatt mat-traffikanti u li kienu dawn stess li waslu l-immigranti ħdejn il-vapur ta’ Save the Children
Kompla jgħid li minkejja li l-att huwa wieħed kundanabbli,  l-intenzjoni tal-ekwipaġġ ma kinitx ħażina u li riedu biss isalvaw l-immigranti qabel ma jitħallew waħedhom f’nofs ta’ baħar fuq dgħajjes żgħar u ppakjati.