L-Italja tagħlaq id-diskoteki; maskri obbligatorji filgħaxija

REUTERS/Ciro De Luca

Read in English.

L-Italja ddeċidiet li tagħlaq l-istabilimenti tad-divertiment ta’ filgħaxija fosthom nightclubs u diskoteki f’mossa biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-coronavirus. L-użu tal-maskri se jsir obbligatorju fl-Italja bejn is-6pm u s-6am.

L-użu tal-maskri se jsir obbligatorju fl-Italja bejn is-6pm u s-6am f’postijiet pubbliċi fejn hemm il-possibiltà li jiltaqgħu gruppi ta’ nies. Din se taffettwa pjazez, spazju pubbliċi u anki toroq.

Din l-aħbar ġiet ikkomunikata wara laqgħa bejn il-Ministru għas-Saħħa Roberto Speranza, il-Ministru għall-Affarijiet Reġjonali Francesco Boccia u l-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku Stefano Patuanelli flimkien mal-Gvernijiet reġjonali.

L-aħħar miżuri se jiħdlu fis-seħħminn għada t-Tnejn 17 ta’ Awwissu u jibqgħu fis-Skont l-avviż legali li ġie ppubblikat, ir-reġjuni mhux se jkollhom deroga għaldaqstant ir-regoli l-ġodda japplikaw nazzjonalment madwar il-pajjiż kollu. Sal-lum il-Ħadd żewġ reġjuni biss (Calabria u Basilicata) kienu l-uniċi tnejn li għalqu n-nightclubs.

Fl-aħħar 24 siegħa fl-Italja ġew irreġistrati 479 każ ġdid ta’ coronavirus.