Read in English.
Wara li fl-aħħar sigħat mara tqila li kienet abbord l-Ocean Viking tniżżlet Malta flimkien u welldet tifel li ngħata l-isem ta’ Goodluck, jidher li dan l-wild ġab xorti tajba lil 82 persuna oħra abbord hekk kif l-Italja offritilhom port sigur hekk kif se jkunu qed jitniżżlu f’Lampedusa.
Il-gazzetta La Repubblica qed jirraporta li s-sitwazzjon ħadet żvolta fl-aħħar sigħat meta l-aġenzija għall-infurzar Taljana aċċetta li tieħu l-immigranti fuq il-patrol boards tal-Guardia di Finanza.
BREAKING: The Italian authorities have just offered #OceanViking a Place of Safety.
Six days since the first rescue, @MSF_Sea & @SOSMedIntl are relieved that the 82 rescued people onboard will soon disembark in Lampedusa. pic.twitter.com/ZpxN4ffra7
— MSF Sea (@MSF_Sea) September 14, 2019
Il-vapur tal-NGO SOS Mediterranee kien ilu jitlob kenn għall dawn l-aħħar jiem, u fl-aħħar sigħat, mara tqila li kellha kumplikazzjonijiet, flimkien ma’ żewġha, nġiebu Malta biex welldet ftit sigħat biss wara li waslet pajjiżna.