L-Italja lura f’riċessjoni

L-Italja reġgħet f’riċessjoni wara li l-ekonomija ċkienet b’0.2% bejn April u Ġunju.
Fi tmiem is-sena li għaddiet l-ekonomija Taljana kienet tidher li qed tirkupra iżda ċkienet għal tliet xhur wara xulxin.
Jirriżulta li l-ekonomija mhix qed timxi kif mixtieq minħabba l-ammont kbir ta’ dejn li għandu l-Gvern Taljan.
Il-Bank Ċentrali Taljan qal li meta bdiet il-kriżi ekonomija dinjija fl-2007, l-ekonomija ċkienet b’9%.