L-Italja kollha fi kwarantina – Conte

People wearing protective masks look at a phone as Italy battles a coronavirus outbreak, in Florence

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħabbar li se jkun qed jestendi l-miżuri ta’ prekawzjoni sabiex il-coronavirus ma jkomplix jinfirex. Dan jinkludi li persuni ma jistgħux jiltaqgħu f’postijiet pubbliċi madwar il-pajjiż kollu.

Il-Prim Ministru Taljan żied li l-Italja kollha se tkun fi kwarantina u aktar miżuri se jkunu qed jittieħdu fl-Italja ta’ fuq, iz-zona l-aktar affettwata.

Dawn il-miżuri jinkludu attivitajiet tal-massa, kull tip ta’ moviment għajr għax-xogħol u f’każijiet ta’ emerġenza. Il-Prim Ministru Taljan qal li dawn il-miżuri qed jittieħdu sabiex i kunu protetti persuni vulnerabbli.

Dawn il-miżuri se jkunu qed jaffettwaw aktar minn 60 miljun persuna.

Dawn il-miżuri se jibqgħu fis-seħħ sat-3 t’April.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn