
L-Italja se tkun qed tippermetti l-gwardja tal-kostja b’vapur b’177 immigranti salvati mill-baħar ħamest ijiem ilu biex jidħol Sqallija, skont il-Ministru għat-Trasport Taljan Danilo Toninelli. B’hekk waqaf il-battibekk bejn l-Italja u Malta dwar fejn għandhom jinżlu l-immigranti.
Skont ir-Reuters, il-Kummissjoni Ewropea se tkun qed taħdem fuq soluzzjoni biex jinqasmu l-migranti abbord il-bastiment Diciotti mal-imsieħba Ewropej tal-Italja wara appell mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Taljan il-ġurnata ta’ qabel.
Fuq Twitter, Toninelli qal li l-bastiment se jkun qed jidħol Catania mingħajr ma speċifika l-ħin. Żied jgħid li l-Ewropa issa trid tħaffef biex tagħmel il-parti tagħha. Ruma kienet insistiet li Malta kellha tieħu l-immigranti peress li d-dgħajsa tagħhom kienet għaddiet miż-żona tas-salvataġġ Maltija. Malta qalet li l-immigranti rrifjutaw l-għajnuna.
Biex taqra rapport sħiħ idħol hawn.