L-Italja: Benefattur misterjuż iħalli €20,000 lil żewġ għaqdiet

Disa’ xhur biss wara li ħalla numru ta’ ċekkijiet b’valur ta’ €41,000 fil-provinċja ta’ Varese, il-benefattur misterjuż poġġa żewġ ċekkijiet ta’ €10,000 kull wieħed fil-kaxxa tal-ittri ta’ żewġ għaqdiet.
Id-Direttur tal-għaqda Unitalsi, li tgħin lill-morda imorru Lourdes, Alberto Bossi qal mal-ġurnal ‘Il Corriere della Sera’ li nhar il-Ħamis li għadda sabu envelop fil-kaxxa tal-ittri. Fih kien hemm nota bil-kliem: ‘Grazzi ta’ dak li inthom u ta’ dak li qed tagħmlu’. Kien hemm ukoll ċekk maħruġ minn bank għal €10,000.
Nota simili u ċekk għall-istess ammont irċevietu l-għaqda Aias li taħdem mat-tfal morda.
Filwaqt li bosta residenti taż-żona qed jistaqsu min jista’ jkun il-benefattur, uħud qed jitkellmu dwar gidba żgħira li tista’ tkun marbuta mal-misteru. Qed jingħad li f’xi każi, iċ-ċekkijiet setgħu ma tħallewx bil-moħbi imma ingħataw minn xi ħadd li talab li jibqa’ anonimu.