L-Iżvezja bl-ogħla rata ta’ mwiet fl-Ewropa fl-aħħar sebat ijiem

TT News Agency/Johan Nilsson via REUTERS

Read in English.

Minn ċifri li għadhom kif ħarġu, jidher li l-Iżvezja, pajjiż li għażel li jadotta strateġija aktar miftuħa minn pajjiżi oħra Ewropej fil-mod kif jiġġieled il-virus, spiċċa bl-ogħla rata ta’ mwiet fl-Ewropa minħabba l-COVID-19 matul dawn l-aħħar sebat ijiem.

Matul il-pandemija, l-Iżvezja żammet ħafna mill-iskejjel, ristoranti u negozji tagħha miftuħin. Filwaqt li l-imwiet qed jonqsu, l-Iżvezja kellha 6.25 mewta għal kull miljun ċittadin kuljum fuq medja ta’ sebat ijiem bejn it-12 u d-19 ta’ Mejju skond www.ourworldindata.org Din kienet l-ogħla rata fl-Ewropa, ogħla mir-Renju Unit li rreġistra 5.75 mewta għal kull miljun.

Matil il-pandemija, l-Iżvezja xorta kellha inqas imwiet per capita mir-Renju Unit, Spanja, l-Italja, il-Belġju u Franza, li kollha għażlu l-istrateġija ta’ lockdown, iżda kienet il-pajjiż bl-ogħla għadd ta’ mwiet mill-ġirien Nordiċi tagħha id-Danimarka, in-Norveġja u l-Fillandja.

L-istrateġija ta’ l-Iżvezja, ibbażata l-iżjed fuq miżuri volontarji fejn jidħlu s-social distancing u l-iġjene bażika, kienet strateġija kkritikata ħafna fejn uħud fissruha wkoll bħala ‘esperiment’ perikoluż bil-ħajja tan-nies iżda li kienet ukoll ipproponuta bħala possibilment mudell għall-ġejjieni minn WHO.

L-Iżvezja bl-ogħla rata ta’ mwiet bil-COVID-19 fl-Ewropa matul dawn l-aħħar sebat ijiemL-istrateġija miftuħa ta’ l-Iżvezja jidher li taffiet l-effetti negattivi fuq l-ekonomija, fejn it-tnaqqis ma kienx daqs id-Danimarka u n-Norveġja matul l-ewwel tlett xhur.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn