L-Isvediżi mgħajta għal vot kruċjali

Ulf Kristersson, leader of the Moderate Party and Stefan Lofven, leader of the Social Democratic Party during a party duel broadcast by Sweden's tv-channel TV4 from Linkoping, Sweden September 8, 2018. TT News Agency/Anders Wiklund/via REUTERS

Illum il-poplu Svediż huwa mgħajjat biex jixħed il-vot tiegħu f’ elezzjoni meqjusa bħala kruċjali hekk kif id-demokratiċi tal-lemin huwa favorit li jsiru l-ikbar partit f’pajjiż magħruf għall-istabilita’ ekonomika u l-valuri liberali.

Qed ikun mbassar li l–partit kontra l-immigrazzjoni se jimxi fuq il-passi taq’ partit simili li fl-Ewropa ċentrali kisbu maġġoranzi kbar hekk kif il-kontient huwa maħkum minn mewġa kbira ta’ immigrazzjoni konsegwenza tal-kunflitti fis-Sirja, l-Afganistan u partijiet mill-Afrika.

Fl-Isvezja, influss ta’ 163,000 refuġjat fl-2015 ippolarizza l-opinjoni pubblika li kisser kunsens politiku u ta lid-demokratiċi Svediżi, partit f’għeruq  neo-nazzisti, veto dwar liema se jkunu li l-partiti li jiffurmaw il-gvern il-ġdid.

Id-demokratiċi li riċentament riedu li l-pajjiż iħalli l-Unjoni Ewropea u li jiffriżża d-dħul tal-immigranti fil-pajjiż għandu l-appoġġ ta’ 40 fil-mija tal-votanti skont l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika, maġġoranza zgħira fuq il-blokk ċentru-lemini.