L-istudio tal-logħob ta’ GiG se jagħlaq biex jitnaqqsu l-ispejjeż

Facebook - GiG

Read in English.

Il-Grupp tal-Innovazzjoni tal-Gaming (GiG) waqqaf l-investiment fl-istudio li jieħu ħsieb il-logħob, GiG Games b’mod immedjat. L-istudio tal-logħob ġie mnied fl-aħħar tal-2017 u ħareġ l-ewwel logħba tiegħu fl-2018. Minn dak iż-żmien ‘l hawn il-kumpanija żviluppat erba’ logħbiet oħra li rendew il-flus u għamlu tajjeb lin-negozju.

Fi stqarrija l-kumpanija qalet li l-ħsieb li wassal għal din id-deċiżjoni hu li jnaqqas l-ispejjeż operattivi u biex tikkonċentra fuq l-oqsma li huma aktar strateġiċi għall-kumpanija.

L-erba’ logħbiet se jibqgħu propjetà ta’ GiG u se jkomplu jiġu offruti kemm lil operaturi interni kif ukoll esterni. Iżda dan se jkun qed isir grazzi għal fornituri terzjarji.

S’issa 25 impjegat irċieva pakkett ta’ terminazzjoni. Inżammu biss tliet impjegati biex iżommu l-istudio li bħalissa għadu qed jopera u li se jkun qed jopera sal-aħħar tas-sena.