L-istudenti tobba u spiżjara se jingħataw prijorità biex jieħdu l-vaċċin

University of Malta

Read in English.

L-istudenti li qegħdin jistudjaw għal tobba u spiżjara fl-Università ta’ Malta u jinsabu f’kuntatt ma’ setturi kliniċi se jkunu qegħdin jingħataw prijorità biex jieħdu t-tilqima tal-Covid-19. L-università ta’ Malta kkonfermat dan.

F’ittra lill-istudenti tal-mediċina, li jinsabu fis-snin li jkunu esposti għall-kliniċi differenti, kif ukoll lill-istudenti li qegħdin jistudjaw biex isiru spiżjara ġew infurmati li huma se jkunu qegħdin jingħataw prijorità biex jieħdu l-vaċċin. Dan sar wara diskussjonijiet li saru mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Din l-aħbar intlaqgħet b’mod pożittiv mill-Kunsill Studenti Universitarji, madankollu l-kunsill qal li jittama li din id-deċiżjoni tinfetaħ għall-istudenti kollha fil-qasam tas-saħħa kif ukoll dawk fil-fakultajiet tax-Xjenza tas-Saħħa u tad-Dentistrija. Huma qalu li b’hekk tkun assigurata s-saħħa tal-istudenti u l-pazjenti.